Sergio Afric se jirritorna f’Malta bħala kowċ ta’ Sirens

IGP6545-w800-h600

 

Wara li kien ilu f’Malta mis-snin 90 u ħalla pajjiżna f’nofs l-2014, Sergio Afric se jkun qed jirritorna fix-xena lokali tal-Waterpolo hekk kif ħu stess ħabbar fuq il-paġna tiegħu fuq facebook li se jingħaqad ma’ Sirens. It-tim minn San Pawl il-Baħar spiċċa fir-raba’ post fil-Kampjonat Premier dan l-istaġun u l-mira tagħhom hi li jtejbu l-pożizzjoni tagħhom.

Afric diġà kien mexxa lil Sirens fil-passat fejn fosthom rebaħ il-kampjonat tas-Sajf fis-sena 2000. Il-kowċ Kroat kien mexxa lil San Ġiljan għas-suċċess f’nofs is-snin 90 u wara Sirens, mexxa lil Sliema f’żewġ esperjenzi, lil Neptunes u għal darba oħra lil San Ġiljan fejn f’Awwissu tal-2014 kien irriżenja wara telfa kontra Neptunes.

Sergio Afric kien kowċ tat-tim nazzjonali sal-2012 u wara li ħalla pajjiżna kien il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Peru.

 

Link – net news

Reply

Post your comments below:

  • Sirens Gallery

    dscf0019-w600-h800
  • Sirens Connect

    Subscribe to our newsletter to keep updated with news and information about upcoming events.

     
  • Sirens Calendar

    January 2022
    M T W T F S S
     12
    3456789
    10111213141516
    17181920212223
    24252627282930
    31EC